TAGHRIF dwar il-pubblikazzjoni


"2 Kotba f'Wiehed"

ta' Charles Casha
(pubbl. Merlin Library, 2004)




Dawn huma erba’ stejjer migburin f’zewg kotba u ghalhekk l-isem "2 Kotba f'Wiehed".   Fl-ewwel ktieb hemm ALI KALI u MAMMAROKA, fil-waqt li fit-tieni hemm PANDOLINO u GALATEA.   Il-format hu xi ftit originali ghax storja tibda fuq naha tal-ktieb fil-waqt li hekk kif iddawwar il-ktieb tigi l-istorja l-ohra. B’hekk kull storja ghandha l-istess importanza.

L-iktar haga interessenti dwar dawn il-kotba huwa l-fatt li dawn ghalkemm dawn fihom erba’ stejjer mimlijin immaginazzjoni u fantasija, warajhom hemm temi mill-hajja li l-qarrejja tfal jistghu jiddiskutu mal-genituri jew l-ghalliema. Halli naghti ftit taghrif fuq kull storja biex wiehed jiehu idea.




ALI KALI: Ali kali hu zaghzugh li jhobb iqatta’ hafna mill-hin tieghu jammira s-sbuhija tan-natura. L-ikbar xewqa tieghu hija li xi darba jsib l-isbah tfajla tad-dinja u jizzewigha. Isib ruhu f’cirkostanzi li jwassluh fis-saltna tas-sahhara ta’ qalb hazina fejn kien hemm din it-tfajla mibdula f’wicc ta’ qazquz. Ali Kali jaghmel minn kollox biex isalva lil din it-tfajla.

Tema socjali: Il-bniedem minnu nnifsu jammira dak li hu sabih u jaghmel minn kollox biex jakkwista xi haga sabiha li jkun jixtieq.

MAMMAROKA: Mammaroka hija s-sindku ta’ belt fittizzja. Hija qieghda thabbat wiccha ma’ zewg problemi kbar. Il-belt hija infestata bil-grieden li gew ghax kien hemm hafna gobon zejjed. Min-naha l-ohra Mammaroka ghandha problema ohra. Hija ma tridx li bintha Qronflina tizzewweg lil Sandolino l-iskarpan. Kif se ssolvi dawn il-problemi? Liema hija l-aktar urgenti? Fejn se jkolli ccedi biex tasal ghall-kompromess? Kif problema se taffetwa lill-ohra?

Tema socjali: Nies li huma mexxejja ta’ pajjiz jew belt, hafna drabi jkollhom ihabbtu wicchom ma’ problemi kemm fuq livell familjari jew domestiku, u kemm fuq livell nazzjonali jew tal-belt,rahal jew kommunita’. Iridu jiehdu decizjoni ghax min jiddependi minnhom hekk jistenna. Kemm-il darba jkollhom jaslu ghall-kompromessi?

PANDOLINO: Fil-foresta tghix familja fqira ta’ erba’ min-nies: Walid, il-missier, Sita l-omm, Farid it-tifel u Amelin, it-tifla. Darba wahda l-missier isib tarbija (Pandolino) fil-foresta abbundanata minn ommha. Jehodha d-dar biex irabbiha imma l-omm u l-iben qatt ma riedu jaccettawha. Min-naha l-ohra, il-missier u l-bint kienu jhobbuh lil Pandonlino. Darba wahda Pandolino kellu jitlaq mid-dar ghax Sita riedet tehles minnu bil-ghajnuna ta’ binha Farid. Fi triqtu lejn il-lukanda Qamar Kwinta huwa jiltaqa’ ma’ mara xiha li wara li jaghtiha xi ikel u xorb milli kellu, hija taghtih papra u tghidlu li din kienet specjali u li setghet iggiblu l-ferh ta’ dejjem. Minn hawn pandolino jghaddi minn avventuri sakemm fl-ahhar jifhem il-messagg li xtaqet tghaddilu dik il-mara xiha.

Tema socjali: Hafna drabi nemmnu li wiehed jista’ jkun kuntent ghax isib il-gid materjali. Imma fil-verita’ hemm kuntentizza iktar qawwija meta wiehed isib lil min ihobbu u jista’ jaqsam imhabbtu ma’ haddiehor. Fil-grajja naraw il-bluha u l-kilba ghall-flus li xi whud hasbu li kellha dik il-papra.

GALATEA: Kommunita’ ta’ hut li telqu minn diversi bnadi isibu ruhhom fuq sikka taht il-gzira tas-sireni fejn kienu jghixu fil-kwiet u l-paci. Imma fost dawn kien hemm tliet GHARAJJES li dejjem xtaqu li jsiru bnedmin u jizzewgu bnedmin ohra. Qatt ma kienu raw bniedem imma kienu semghu hafna dwar il-bnedmin minghand il-MAZZUN. Darba, fuq is-sikka jigi sajjied u hawn it-tliet gharajjes jorbtu tliet oggetti mas-sunnara biex jaraw lil min minnhom se jaghzel is-sajjied. Huwa jaghzel lil dik li rabtet il-qroll. Ftit wara, bil-ghajnuna tal-PIXXISERRIEQ, it-tliet hutiet jirnexxilhom inizzlu d-dghajsa fil-qiegh wara li dan jaqta’ toqba fid-dghajsa. Hekk is-sajjied isib ruhu taht l-ilma u mibdul fi bniedem huta. Hawnhekk huwa jghaddi guri mill-hut talli kien jistad u jaqbad il-hut. Imma l-gurija ma tasalx ghal decizjoni ghax skond l-avukati, il-bniedem kien hati jekk wiehed ihares lejn l-akkuza mill-mentalita’ tal-hut u mhux hati jekk wiehed ihares lejn l-akkuza mill-mentalita’ tal-bnedmin. L-istorja tkompli b’aktar avventuri.

Tema socjali: F’din il-grajja ppruvajt nittratta zewg temi: (i) Ix-xewqa li ninbidlu f’haddiehor ghax m’ahniex kapaci naraw is-sabih fina nfusna. (ii) Certi hwejjeg fil-hajja jidhru tajbin jew hziena skond il-mentalita’ li nghixu fiha.

Permezz tal-kitba ta’ stejjer mimlijin fantasija xtaqt nasal ghar-realta’ tal-hajja. Nittama li rnexxieli. Irrid nghid ukoll li ghalkemm dawn l-istejjer gew ispirati minn xi hrejjef popolari, m’humiex xi tradizzjoni ghax jitbieghdu lil hemm mill-hrejjef originali. Il-grajjiet huma interessanti u mzejna bl-avventura, imma l-aspett socjali ghandu johloq argument interessanti fi tfal ftit akbar.

Charles Casha    



zur issa is-sit ta' Charles Casha:
www.charlescasha.com





editing: my-malta.com © 2005

my-Malta-home Towns & Villages Our Rich History That's Interesting !? At Your Service
Sign Guest Book Maltese People Special Feature Resources Page Stationed at Malta
What's New ? E-MAIL US Site Map Join Us ! Message Boards

Please circulate this page amongst your friends and contacts, urging them to support Maltese culture.

Nitolbuk tibgħat din il-paġna lil ħbiebek kollha, biex inħeġġuhom jibiżgħu għall-kultura Maltija kollha.

L O G O "Thank you for visiting!"