twasslilkom



Mitt Kelma Mitkelma

Din hija ġabra żgħira ta' kliem Malti mnissel minn għerq barrani, kliem li ngħiduh kuljum u li nistgħu (u għandna) nibdluh ma' ieħor ta' nisel semitiku.

Mhux xi dnub li nużaw kliem ta' nisel barrani fejn ikun hemm bżonn, iżda fejn nistgħu għandna dejjem nużaw kliem minn tagħna... kliem Malti li jekk ma nużawhx aħna, għad jintesa bħalma ġralu kliem Malti ieħor qablu!

Imkien (post) tajjeb fejn wieħed jista' jsib kliem Malti safi (pur) hija l-Bibja (kif tinqara waqt il-quddiesa) fejn ftit li xejn jintuża kliem Taljaniżżat, anki jekk illum dan ġie aċċettat fl-ilsien (fil-lingwa) Malti(ja) uffiċjalment.

Min iħobb 'l art twelidu għandu dejjem jara li jżomm ilsien missierijietu ħaj, fl-aktar mod safi.




Il-kliem li jidher 'imxaqqleb' (bħal dan) huwa kliem li konna se nużaw f'din id-daħla li kieku m'għamilniex ftit tal-ħsieb qabel. Minn floku, fejn stajna, użajna kliem aktar denju ta' Maltin li aħna.

Jekk inħejju (nipreparaw?) ruħna minn qabel, nistgħu inħarrġu lilna nfusna (niprattikaw?) fl-użu ta' dal-kliem bl-ilsien tagħna biex b'hekk ma nħossuniex qisna qed nitkellmu b'xi xorta ta' Arbi meta fis-sew inkunu qed nitħadtu b'Malti mill-aktar sabieħ.

Ta' min jgħid li, mhux biss m'huwiex dbub li nużaw kliem ta' nisel barrani li biż-żmien daħal f'ilsienna, iżda xi drabi ma nkunux nistgħu nagħmlu mod ieħor!!

Xi kultant ma ssibx il-kelma t-tajba bil-Malti propju u għalhekk ikollok bilfors tuża l-kliem imsellef.

Iżda żomm f'moħħok li bejn ilsien u ieħor hemm baħar jaqsam, mhux biss fl-idjomi iżda wkoll fil-'mod' li bih wieħed jibni s-sentenzi. Xi drabi, trid tibdel l-għamla kollha ta' dak li kont ser tgħid, biex tkun tista' tuża l-kostruzzjoni Maltija.

Dan li ġej se jurina kif, fejn naħsbu li m'hemmx 'kelma' bil-Malti safi (pur), jekk tgħidha b'mod ieħor tista' tfisser l-istess. Issa, ma missniex għidna 'xorta waħda' minflok l-istess?   Dnub?   Le!   Għażż?  Iva!!

L-importanti hu li tagħmel sforz. Tkunx bħal ħafna li lesti jċedu faċilment, bla ma biss jiprovaw.





Jekk għandek xi ħsibijiet (suġġerimenti) li tista' taqsam magħna, inkunu nafuhuwlek. Grazzi (ngħatuk ħajr).

ibgħat għidilna



    1. Kliem li nużawh kuljum (u kif jintuża)
    2. Minn fejn hu ġej / xi jfisser bl-Ingliż (bl-eżempji)
    3. Kliem Malti li jfisser l-xorta (bl-istess eżempji)


Affari/jiet
Ezempju
Kwazi
Per ezempju
Per kazu
Rari (mhux komuni)
Rari 2 (mhux soltu)
Uniku/Unici
Uzanza
Uzu





Affari/Affarijiet...
- (dik affarija!)
- (dawk l-affarijiet kollha)

Affair, Things from the Italian 'affare' (business)
- (that’s my business… nobody else’s affair)
- (all those things)

Biċċa/Bċejjeċ, Ħaġa/Ħwejjeġ
- dik biċċa tiegħi
- dawk il-ħwejjeġ kollha

Lura ‘l fuq

------------------------------

Eżempju, Perkażu...
- (per eżempju l-bieraħ mort...)
- (bħal, per eżempju, kelb)
- (ħalli nagħtik eżempju ċar)

For example... from the Italian 'per esempio' and 'per caso'
- (for example, yesterday I went...)
- (like, for example, a dog)

- (let me give you a clear example)

Bħal, ngħidu aħna (biex infehemek aħjar)...
- fl-ewwel imkien, m'hemm għalfejn tgħid xejn minflok
    'per eżempju'
- fit-tieni każ tista' tgħid "...bħal m'hu l-kelb"
- u fl-aħħarnett għid "biex infehemek aħjar"

Lura ‘l fuq

------------------------------

Kważi
- (is-sema kważi ħamra l-lejla)
- (kont kważi waqajt)

Almost / Practically from the Italian 'quasi'
- (the sky is practically red this evening)
- (I almost fell)

Ftit jew wisq...
"is-sema ftit jew wisq aħmar l-lejla"
Għal ftit...
"Għal daqsxejn / għal ftit ma waqajtx"

Lura ‘l fuq

------------------------------

Rari
- (dal-vażun rari)
- (ir-rispett qed isir ħaġa rari)

Rare/Scarce derived from the Italian 'rare'
- (this is a rare vase)
- (respect is becoming scarce)

M'hawnx ħafna bħalu...
"dal-vażun ma hawnx hafna bħalu"
Nieqes...
"ir-rispett qed jonqos ħafna / ir-rispett m'għadekx issibu"

Lura ‘l fuq

------------------------------

Rari (Mhux soltu)
- (rari mmur hemm jien)
- (f'Malta rari jagħmel is-silġ)

Seldom / Rarely derived from the Italian 'rare'
- (I seldom go there)
- (in Malta it seldom/rarely hails)

Ftit li xejn...
"ftit li xejn immur 'l hemm jien"
Donnu qatt...
"f'Malta donnu qatt ma jagħmel is-silġ"

Lura ‘l fuq

------------------------------

Uniku/Unici
- (palazz uniku)
- (tempji unici)

Unique from the Italian 'unico' and plu. ‘unici’
- (a unique palace)
- (unique temples)

Waħdieni/Waħdenija
"palazz waħdieni"
"mqades waħdenija"

Lura ‘l fuq

------------------------------

Użanza
- (in-nies tal-irħula għandhom l-użanza...)
- (m'għandix dik l-użanza)

Custom/Habit from the Italian 'usanza'
- (village people have the custom/tradition of...)
- (I am not used to doing that)

Drawwa
"in-nies tal-irħula għandhom id-drawwa..."
"m'hinix imdorri hekk / m'għandix dik id-drawwa"

Lura ‘l fuq

------------------------------

Użu...
- (il-kliem l-aktar użati huma dawn...)
- (l-użu tal-mediċina għen ħafna lill-bniedem)

Use/Usage... from the Italian noun 'uso'
- (the most commonly used words are these...)
- (the use of medicine has helped mankind)

ħafna drabi wieħed juża din l-istess kelma [użu], iżda jekk trid ġieli tista' tbiddel l-għamla kollha tas-sentenza billi tlissen kelma oħra minflok 'użu', kif ġej:

"il-kliem l-aktar mitkellem huwa dan..."
"il-mediċina għenet ħafna lill-bniedem"

Lura ‘l fuq

------------------------------



Din it-taqsima għada qed titħejja.

Għaliex immela tiċħad, Malti ħija,
lil dan il-Lsien li bih int Malti sewwa?
Ħobb, jekk jiswewlek, l-Ilsna barranija,
iżda le tbarri lil min hu ta' ġewwa.

Dun Karm  
silta minn: Għaliex?
Jedd il-Lsien Malti

Lura ‘l fuq

please SIGN our Guestbook
NOW or when you've seen enough

my-Malta-home Towns & Villages Our Rich History That's Interesting !? At Your Service
Sign Guest Book Maltese People Special Feature Resources Page Stationed at Malta
What's New ? E-MAIL US Site Map Join Us ! Message Boards


Please circulate this page amongst your friends and contacts, urging them to support Maltese culture.

Nitolbuk tibghat din il-pagna lil hbiebek kollha, biex inhegguhom jibzghu ghall-kultura Maltija kollha.