|
Din hija verzjoni
minghajr
il-karattri Maltin
Charles Gruppetta
Fi tfulitu, Charles Gruppetta kien jghix f'Tas-Sliema, post li gie milqut mhux ftit mill-bombi tal-ghadu fit-tieni gwerra dinjija. Ghal aktar taghrif dwar dan is-suggett, aqra l-ktieb eccellenti tal-mibki Charles B. Grech (bil-Malti) 'Umbrellel fuq Tas-Sliema' jew (bl-Ingliz) 'Raiders Passed'.

Charles fl-ewwel
Tqarbina tieghu
Meta kiber u ha l-istat tieghu, Carmel Gruppetta sar ghalliem. Illum irtirat, joqod ir-Rahal il-Gdid (Paola) u jifforma parti mill-Universita' tat-Tielet Eta'. L-ghaziza martu, Rita, ghaddiet ghall-hajja ahjar ftit taz-zmien ilu. Huma kellhom tlitt itfal, ilkoll mizzewgin.

Xi Katakombi ukoll
gew uzati bhala Shelters

Shelter -- kif jidher minn gewwa wara snin kbar bla uzu. Ixx-xebh mal- katakombi huwa kbir.

Ix-Shelters ta' Bieb il-Bombi
"... meta l-attakki kienu jkunu twal hafna jew spissi gie li anqas konna nohorgu mix-shelters ghax malajr kien ikun hemm air raid iehor malli tintafa' fis-sodda. Minhabba f'hekk, ghamilna hafna zmien ... norqdu fix-shelters ..."
|
Kenn mill-Attakki mill-Ajru
Memorji ta' Charles Gruppetta
L-ewwel taqsima
Meta bdiet it-tieni gwerra dinjija fl-1940, Malta ma kenitx lesta ghaliha. La kellna ajruplani biex niddefendu ruhna u anqas shelters fejn wiehed seta' jistkenn mill-bombi tal-ghadu.
Fl-ewwel jiem tal-gwerra, mat-twissija ta' hbit mill-ajru, kulhadd kien idabbar rasu kif jista'. Ahna konna nohorgu barra mid-dar u nistkennu go xi dahla ta' bieb ta' l-akbar bini gholi li konna nsibu fil-qrib. Bhalna kienu jaghmlu xi familji ohra. Xi girien kienu jibqghu f'darhom that xi mejda jew f'xi karma bil-hnejja. Ohrajn, li kellhom xi kantina bl-arkati, kienu jiskennu fiha, jew jidhlu taht it-tarag jew garigor. Min kien joqghod hdejn xi knisja jew kunvent kien jintasab hemm fejn kellhom hitan doblu. Dawk tal-Belt jew il-Kottonera kellhom ic-cans li juzaw il-foss jew il-mina tal-ferrovija, li kienu fil-blat. Anke l-kannirji gew uzati bhala kenn mill-bombi tal-ghadu.
Ftit wara, il-Gvern kien baghat periti jduru kull dar biex jaghtu pariri kif u fejn hu l-ahjar post fid-dar stess biex jigi uzat bhala kenn waqt Air Raid. Niftakar tajjeb dan l-episodju ghalkemm kont ghadni zghir. Wara li l-perit ra l-kmamar kollha, u ma tantx kellu fejn jintilef, sabilna l-post 'ideali' skond kliemu. Dan kien it-tarag dejjaq b'zewg hitan mal gnub. Kif rah il-perit fetah idejh it-tnejn u mess iz-zewg hitan f'daqqa biex jittestjhom. Jien sthajjiltu Sansun bejn iz-zewg kolonni tat-tempju qabel ma waqqa' kollox. Meta l-perit ra li l-hitan ma waqghux qal lil missieri li jekk indahhlu mejda that it-tarag u nqeghdu fuqha xi twavel tas-sodda u juq dawn inpoggu saqqu jew tnejn, ikollna tassew kenn tajjeb. Zied ukoll li kieku naghmlu xi saqqijiet u twavel ohra fuq it-tarag allura kien ikolna 'fortizza' fejn nistkennu waqt xi hbit mill-ajru. Ta' tifel li kont, il-gwerra stajjiltha se tkun xi avventura u bdejt nimmagina kif, jekk taqa' xi bomba fuq id-dar taghna, din tasal sat-tarag tizzerzaq fuq it-twavel, tieqaf fuq is-saqqu u ma taghmlilna xejn. Hekk irragunajt jien ghall-kliem tal-perit, izda meta harist lejn missieri dan rajtu jqarras wiccu u ikemmix huxbejh waqt li rringrazja lill-perit hu u sejjer 'il barra. Bilkemm kien rifes l-ghatba tal-bieb ta' barra, meta instmghet is-sirena u lehen Effie, l-announcer tar-Rediffusion, beda jinstema' jghid, 'Air Raid Warning' u 'Sinjal ta' attack mill-ajru' ghal darbtejn; bl-Ingliz u bil-Malti.
Il-perit haffef il-pass, u meta missieri ghajjatlu u stiednu jidhol jiskenn fil-'fortizza' taghna, dak ma tahx widen u ghaggel ifittex kenn ghalih. Kellu ragun missieri jqarras wiccu, izda b'dana kollu, that dan it-tarag konna nitgeddsu waqt xi air raid sakemm il-Gvern beda shelters pubblici.
It-tieni taqsima
Ghall-bidu nbnew bhal garages kbar b'hitan dobbli u soqfa tal-konkos hoxnin. Dawn kienu msahha b'serratizzi u pilastri kbar ta' l-injam hoxnin u sodi. Izda dawn xorta ma kenux tajbin ghall-bombi li bdew jitwadbu fuqna.
Ghalekk il-Gvern, bl-ghajnuna ta' l-Ammiraljat, ta bidu ghat-thaffir ta' shelters pubblici that il-blat.
Dawn kienu jkunu bhal katakombi b'kuruturi twal xi hamsin metro jew izjed, wesghin xi zewg metri u nofs u zewg metri gholjin. Kien ikollhom xi dahla jew tnejn minn garigor jew tarag li jaghti mit-triq ghal isfel. Min jaf kemm 'ghint' fix-xoghol tat-thaffir bil-baqqun jew bil-mazza li anqas kont niflahha, ghax ix-xoghol kollu kien isisr bl-idejn u b'hekk kien jiehu z-zmien.
Aktar tard haffru xi kuriduri ohra fil gnub u tniffdu ma' shelters ohra fl-istesstriq fil-qrib biex ikun hemm izjed post ghan-nies u aktar dhul/hrug f'kas li xi bokka tkun imblukkata b'xi gebel imwaqqa' bhalma kien digà gara. Xi nies vicin thajru jhaffur dahla mid-dar taghhom stess biex jinzlu fix-shelter, ohrajn kienu haffru xi karma (cubicle) ghall-uzu taghhom biss.
Il-bicca l-kbira tan-nies kienet drat tuza l-istess shelter u l-istess kokna fil-kuridur 'taghha' u dan il-post sar 'taghha'. Ma' kull sinjal ta' air raid warning, ahnat-tfal konna ngorru maghna xi kaxxa jew banketta u ninzlu fix-shelter taghna fejn insibu postna u nibqghu hemm bilqieghda nghidu r-Ruzarju u talb iehor sakemm jghaddi l-attakk mill-ajru, meta konna nergghu naqbdu kollox u mmorru d-dar, sakemm ikollna twissija ohra ta hbit mill-ajru, u nergghu nibdew l-istess rutina. Din il-haga ma kenitx ta' darba jew tnejn matul il-jum biss, imma ta' spiss u sew b'inhar kif ukoll bil-lejl.

il-Mina tal-Ferrovija, Valletta
lura l-fuq
Ghalhekk meta l-attakki kienu jkunu twal hafna jew spissi gie li anqas konna nohorgu mix-shelters ghax malajr kien ikun hemm air raid iehor malli tintafa' fis-sodda. Minhabba f'hekk, ghamilna hafna zmien matul dan l-assedju ta' l-1940/1943 norqdu fix-shelters stess. Is-sodod fix-shelters kienu jkunu xi saqqu mimli bil-haxixa jew tiben, mitfugh fuq zewg twavel mimdudin u jserrhu fuq xewg kaxxi tal-luminata jew tal-birra: wahda fuq in-naha tar-ras u l-ohra fuq in-naha tar-riglejn. Is-saqqu kien jitghatta b'lizar jew kutri skont it-temp. Xi metru 'l fuq kien ikun hemm kruccetta (bhal bunk bed). Din tkun qisha xkaffa mas-saqaf bil-wire ta' l-inxir. Is-saqqu mghotti b'lizar jew kutri kien jitqieghed fuq it-twavel. Gie li flok krucetta wahda kien ikun hemm tnejn fuq xulxin skond il-bzonn u l-kobor tal-familja. Fil-bicca l-kbira l-krucetti kienu juzawhom it-tfal us s-sodda ta' taht kien jorqod fuqha wiehed mill-genituri. Jien kont nippreferi l-krucetta ta' fuq nett ghalkemm inkun kwazi wicci mas-saqaf u xi ilma kien iqattar fuqi wkoll.
Kien hemm minkelu xi branda tal-kanvas u kien juzha bhala soda. Din kienet izjed komda, sew biex torqod fiha, kif ukoll biex iggorrha, ghax kienet tintewa u tinghalaq, u hafifa wkoll. Din kienet speci ta' folding bed tal-kanvas. Ahna konna niehdu battikata biex ingorru l-banketti, is-siggijiet, il-lozor u l-kutri kull dahla u harga u dawn kienu jkunu ta' spiss fl-istess jum/lejl, ghalkemm fix-shelter konna nhallu l-kanen, il-kaxxi u t-twavel. Ta' l-ewwel ma konniex nistghu nhalluhom fix-shelter minhabba l-umdità u l-ilma li kien iqattar mill-blat.
Fil-bidu f'dawn ix-shelters konna nuzaw l-imsiebah biz-zejt, xemgha jew lamp ital-pitrolju jew tal-mantle. Wara zmien iddahhal id-dawl elettriku. Dawn ix-shelters ghamilna zmien twil 'nghixu' fihom u n-nies li kienu jghixu maghna hemmhekk saru familja wahda kbira. Kullhadd kien jaqsam il-ferh u n-niket u jghin mill-ahjar li jista' lil min kien ikun fil-bzonn. Hemm konna nghixu f'dik li llum nghidulha 'solidarjetà'. Din nahseb ghenet hafna biex stajna nissuperaw id-diffikultajiet li kellna f'dak iz-zmien.
F'xi shelter hdejn id-dar fejn kienet isservi ta' skola, konna ninzlu u nippruvaw inkomplu l-lezzjoni nterotta bl-air raid. F'shelter iehor hdejn is-Salesiani, f'Tas-Sliema, kienu jghallmuna d-Duttrina u jaghtu l-Barka Sagramentali minn Tabernaklu mhaffer fil-hajt tax-shelter.
It-tielet taqsima
Irrid insemmi lill-'iSpecial Constables jew S.Cs. li kienu pajzana jghinu lill-pulizija f'kull ma jkun mehtieg ghaz-zamma ta' l-ordni u lill-Wardens, ukoll nies pajzana, li kienu jiehdu hsieb ix-shelters u li n-nies joqoghdu ghat-twissijiet li jsirulhom. Ma rridx ninsa lil ta' l-A.R.P. jew Air Raid Precautions, lit ant hadmu fl-ewwel ghajnuna lil min kellu bzonn. Semmejt lil dawn ghax huma kellhom l-izjed x'jaqsmu max-shelters. It-tindif tax-shelters kienu jiehdu hsiebu n-nisa, mghejjuna mill-bniet, filwaqt li xi hsarat fid-dawl elettriku, etc. kienu jiehdu hsiebhom l-irgiel u s-subien. Hasra tassew li dawn ix-shelters gew mirduma u minsija ghal kollox. *
Dan li semmejt dwar il-hajja fix-shelters ghalina t-tfal, ghall-bidu kien qisu xi loghba ta' l-avventura izda aktar ma beda jghaddi z-zmien iktar l-entuzjazmu beda jmajna sakemm spicca ghal kollox. Ghax x'jibqa' fik meta tkun marid bid-deni fis-sodda d-dar u ddoqq is-sirenta u jkollok tohrog mill-friex fil-kesha ta' xi lejl ta' Jannar, titgezwer fil-kutri u tinsel fix-shelter fejn ikollok tghaddi xi lejl jew izjed, fl-umdità, ksih, hsejjes ta' bombi jaqghu fil-qrib u jreghdu l-blat kollu, twerzieq ta' tfal u nisa, ghajjat u fuq kollox, uh u nuqqas ta' medicini?
Il-lum [1995], hamsin sena wara, meta nhares lura lejn dak iz-zmien, inhossni skantat kif ghamilna biex kellna l-hila nghixu dik il-hajja iebsa u difficli ghal tank zmien. Mhux ta' b'xejn li r-Re Gorg VI ta l-midalja George Cross lill-poplu ta' Malta (allavolja ma missniex il-medalja ta' tifkira tal-hamsin sena mill-ghoti taghha). Jien cert illi t-talb li konna nitolbu b'tant herqa u fidi f'Alla u l-Madonna kienu li ghenuna biex inzommu shah, u lilhom ghadni nitlob bil-qalb biex uliedna u ulied uliedna qatt ma jghaddu minn dak li ghaddejna minnu ahna matul it-Tieni Assedju ta' Malta.
Carmel Gruppetta © 1995
* 30/Marzu/1995: Ghadu kemm thabbar li wiehed minn dawn ix-shelters fil-Mosta se jigi rikondizzjonat u miftuh ghall-wiri.
|
click image
for the
Malta GC
story
|