Grand Master
Ant.Manoel de Vilhena

 

Please Click Here 
to view/sign our
Guestbook. Thanks.
kburija li qed twasslilkom

L-Istorja tal-Gzira
artiklu ta' Joe Ian Attard 

Images
may take a
bit longer
to load

Return
 HOME

 

general: my-malta.com © 2002
content: Joe Ian Attard © 2001

Dan l-artiklu li gie ppublikat mill-Ghaqda Muzikali Mount Carmel, Gzira, fil-programm ta' thejjija ghal festa Lulju 2001

 

Is-subborg tal-Gzira jidher li ghandu storja ricenti, izda jekk tmur lura fiz-zminijiet, tintebah li grajjet il-Gzira hija marbuta haga wahda mal-Gzira Manoel.   Is-sena d-diehla [2002] naghlqu mitt sena mit-tfigh tal-gebla.

This picture may take some seconds to load
Manoel Island Creek, Gzira

l-isem GZIRA zgur li m'hemmx problemi ta' origini topografika. L-isem hadnieh mill- 'GZIRA TAL-ISQOF' ghax hekk kienet tissejjah sakemm il-Gran Mastru JEAN PAUL LASCARIS (1636 - 1657) fis-sena 1643 bena sptar ta' kwarantina. Fl-imghoddi mard infettiv bhall-pesta u l-kolera kienu ta' spiss jeqirdu hajjiet ta' eluf ta' nies anke f'Malta.   Dan l-isptar kien ta' htiega kbira.   Illum nafu din il-gzira bhala 'Manoel Island' ghaliex kien il-Gran Mastru portugiz ANTONIO MANOEL DE VILHENA (1722 - 1736) li bena bi flusu il-Forti Manoel fis-sena 1726. Din il-fortizza hija meqjusa bhala kapolavur tal-inginerija militari tas-seklu tmintax.

Lazzaretto Hospital

Hu mahsub li kien il-perit LOUIS D'AUKBIGNE' de TIGNE' li hazzez il-pjanta tal-forti, izda kien siehbu il-perit CHARLES F. de MONDION li modifika il-pjanta tal-forti u ssorvelja x-xoghol ta' kostruzzjoni. Dan il-perit jinsab midfun fil-kripta tal-fortizza. Qabel ma nbniet il-fortizza kien hemm diversi proposti ta' fortifikazzjoni. Wahda minn dawn il-proposti kienet li tinbena Belt imharsa fis-swar fuq il-Gzira Manoel. Li kieku sehh dan, zgur li ghandna storja differenti minn kif nafuha llum. Izda il-Gran Kunsill tal-Ordni pprefera il-proposta li tinbena fortizza ta' hames mitt suldat. Fort Manoel Fil-pjazza inbniet kappella sabiha ddedikata lil Sant Antnin ta' Padova, il-qaddis protettur tal-Gran Mastru Manoel. Ftit nies jafu li din il-kappella kella dinjita' ta Parrocca Militari, jigifieri parrocca fi hdan l-Ordni ta' San Gwann. L-Isqof Djocesan ma kellu ebda dritt ta' gurisdizzjoni fuq din il-knisja ghax kienet propjeta' tal-ordni Gerosolmitan. L-ewwel rettur tal-kappella kien DUN FEDERICO ATTARD li waqqaf zewg fratellanzi wkoll. Hija hasra kbra li kappella Barokka bhal din tithalla mfarrka hekk.   Niftakru li l-inglizi taw libsa navali u marittima lill-Forti li beda jissejjah 'H.M.S. Talbot' u wara 'H.M.S. Phoenicia'.   Hu htija tan-Navy ingliza li f'Marzu 1942 giet milquta mill- 'LUFTWAFFE' (qawwa tal-ajru) nazista fi zmien il-gwerra.   Wiehed jispera li fil-progett mahsub, din il-kappella terga tinbena biex titgawda minn kulhadd. Jekk din il-kappella tintuza ghal kult divin, il-parrocca tal-Gzira ghandha l-jedd li tiehu hsieb pastoralment ir-residenti futuri f'Manoel Island. Ma ninsewx li l-Gzira Manoel hija parti mill-limiti tal-parrocca taghna.

'Gzira Gate'

Inscription

Negative Image

Bhalma l-gzira qabel kienet tal-Isqof, il-medda art tal-Belt, tas-Sliema, Gzira, Msida u San Giljan kienu propjeta' tal-familja nobbli SCIBERRAS TESTAFERRATA.   Wiehed mill-antennati ta' din il-familja illustri, FRA NICOLA TESTAFERRATA wessa' triq antika (moghdija) fis-sena 1796 kif tixhed il-lapida fuq il-bieb principali li jinsab fi triq Jerry Zammit fenj Muscat's Garage.   Dan il-bieb ghandu bzonn dawra sewwa. Fi triq D'Argens kellna ukoll dar tal-villegjatura tal-kavallier D'ARGENS li ghada tezisti sa llum fi triq Cuschieri. Grazzi ghal dan il-kavallier fil-Gzira ghandna l-uniku triq msemmija bil-lingwa franciza f'Malta - RUE D'ARGENS.

Villa D'Argens L-art fix-xatt kienet moghxa fi ftit ghelieqi. In-nahiet tal-Gzira, l-Imsida u tas-Sliema kienu jaghmlu mal-parrocca Elenjana ta' Birkirkara. Izda gara li meta l-knisja tal-Madonna tal-Kewkba tal-Bahar f'tas-Sliema saret parrocca f'Dicembru 1878, il-Gzira inghaqdet mal-parrocca Slimiza.   Ta' min jinnota li f'indirzzi qodma, rari saret riferenza ghall-Gzira direttament izda x-xatt tal-Gzira kien jitqies bhala 'MOLO di SLIEMA' u, aktar tard, 'MOLO SLIEMA/GZIRA'.

Il-prezenza tan-Navy Ingliza fil-port ta' Marsamxett gabet attivita' kummercjali fl-inhawi. Kienu dawn ic-cirkostanzi li sehh l-incident tat-tfigh tal-Gebla fl-10 ta' Lulju 1902.   Dan l-incident kellu jbiddel l-istorja ricenti tal-Gzira.   Ahna l-Gzirjani nafu sew x'gara dakinhar.   Hawnhekk nixtieq li sharrsu lejn dan il-fatt b'lenti differenti.   Wiehed jistaqsi, ghaliex dan il-kaz seraq l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet militari, civili u ekklesjastici ta' dak iz-zmien?   Il-kurja mxiet bi prudenza meqjusa, tant li qabbdet zewg periti maghrufa GALIZJA w TREVISAN biex jezaminaw sewwa l-kaz.   Dawn il-periti gew 'in situ' (fil-post) u, wara li hadu d-dettalji mehtiega, ghamlu rapport lill-Isqof PIETRU PACE (1889-1914).   Ghaliex haduha daqshekk bi kbira, meta seta' jintesa facilment dan il-kaz?   Niftakru li l-offiza kienet giet imwettqa mill-barrani, li kien ilu jahkem Malta ghal mitt sena.   Ghal din ir-raguni il-Maltin haduha b'insult lejn il-kult kattoliku.   Il-mentalita' ta' dak iz-zmien kienet aktar Bigotta minn tal-lum.   Dak iz-zmien ma kienx hemm permissivita' totali bhal ma qedghin nghixu llum.   Nixtieq ukoll nghti xi hjiel tal-qaghda socjo-politika ta' dak iz-zmien, jigifieri 1902.

F'dak iz-zmien Malta kienet kolonja ngliza u l-imperu Brittaniku kien fl-aqwa tieghu.   Il-mexxejja tal-Maltin kienu f'battalja kontinwa ma' l-awtoritajiet imperjali nglizi biex jiksbu aktar awtonomija.   Wara hafna tahbit, fl-1887 il-konsulent legali ngliz KNUTSFORD gie mibghut minn Londra biex jaghtina kostituzzjoni kondizjonata, fejn ghaxar membri tal-kunsill kellhom jigu maghzula mill-Gvernatur u ghaxar membri ohra eletti mis-sinjuri u l-'intelligentia' Maltin.   Kif illum ninsabu maqsuma fuq is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Europea, il-poplu kien ukoll ipprelansjat fuq il-kwistjoni tal-lingwa fil-bidu tas-seklu ghoxrin.   Din kienet polemika jekk l-ingliz ghandux jiehu post it-Taljan fil-qrati Maltin.   Din il-polemika baqghet tkarkar sa qabel it-tieni gwerra dinjija.

Min kien Karmnu Brincat, sid il-hanut tax-xorb?   Tghid kien paritarju, Karmelitan Belti?   Kienu hafna beltin li gew joqoghdu fil-Gzira fil-bidu tal-izvilupp demografiku ta' beltna.   Tghid Karmnu Brincat kien Terzjarju Karmelitan biex dendel xbieha tal-Karmnu mal-faccata tal-hanut tax-xorb?   Li hu zgur li din id-devozjoni lejn il-kult Karmelitan writha minn xi hadd jew minn xi mkien.

Il-kappillan ta' Stella Maris DUN VINCENZ MANCHE' (parrokkat 1879-1918) iddelega lil huh DUN ANTON MANCHE' (1869-1935) biex jaqla' il-gebla w itella' mieghu in-nicca ghal knisja parrokjali fejn saru tlett ijiem ta' riparazzjoni lil Marija Santissima.

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu f'dawn l-inhawi m'hiex xi haga gdida.   Fil-parrocci ta' Stella Maris u l-iMsida kienu jsiru festi kbar ad unur il-Madonna tal-Karmnu.   Dan jixduh il-gazzetti tal-epoka.   Fiz-zewg knejjes ewlenin Slimizi insibu kwadru w artal iddedikat lil-Madonna tal-Karmnu.   Fil-parrocca ta' Stella Maris kienet issir festa kbira, izda meta ngiebet l-istatwa artistika ta' Stella Maris minn Franza, il-festa tal-Karmnu kella tigi oppressa.   L-istess gara fil-parrocca tal-iMsida.   Hawn kienet issir festa kbira f'Lulju ghax il-festa ta' San Guzepp kienet tigi ccelebrata f'April, jigifieri il-Patroncinju tal-Patrijarka Qaddis.   Fl-1900 il-festa ta' San Guzepp giet trasferita ghat-tielet Hadd ta' Lulju, ghallura l-festa Karmelitana fl-iMsida kellha tigi mwarrba wkoll.   Zgur li l-anzjani taghna jiftakru it-tigrija tal-bhejjem fil-festa tal-Karmnu meta l-Gzira kienet ghada ma zviluppatx. Ma nkunx qieghed nivvinta xi teorija storika jekk nistqarr li t-tfigh tal-Gebla kkonsolida il-kult Karmelitan go beltna.

Parrocca tal-Gebla Hawnhekk wiehed josserva li l-parrocca taghna hija l-ewwel parrocca f'Malta dedikata lill-Madonna tal-Karmnu, ukoll l-ewwel parrocca Karmelitana mmexxija mill-Kleru Djocesan u mhux mill-Patrijiet Karmelitani. Fatt kurjuz li gara matul il-parrokkat tal-mibki DUN KARLU MANCHE' (1905-1950) isahhah l-argument tieghi. Dun Karlu kiteb lill-Arcisqof l-E.T. Mikiel Gonzi (1885-1984) fejn talab biex hu (Dun Karlu) jirrezenja minn kappillan, jidhol Patri Karmelitan u jingiebu l-Patrijiet Karmelitani gol-Gzira biex jiehdu hsieb il-hidma pastoralI tal-parrocca taghha. Kif kien mistenni, il-Kurja Arciveskovali opponiet bil-qawwi ghall-proposta' tal-kappillan Manche'. Hawn ukoll nosserva li l-providenza divina nizlet l-ewwel fiz-zminijiet tal-parrocca Gzirjana ma' zewg kappillani bil-kunjom Manche'. Dun Anton (1869-1935) habrek biex illum ingawdu tempju kbir w arjuz, fil-waqt li Dun Karlu, b'mod iehor, mexa fuq il-passi ta' kurat ta' ARS, San Gwann Marija Vianney, fejnil-hidma pastorali tieghu wettaqha b'mod erojku. Il-bust tieghu, flimkien ma' lapida, ifakkruna fih, "IPPRIEDKA U GHEX IL-VANGELU" ftit kliem li jfissru kollox.

Jekk nigu ghall-primati, nosservaw ukoll li l-Banda Mount Carmel hi l-unika wahda f'Malta li twaqqfet fi hdan l-Azzjoni Kattolika. Peress li Dun Karlu kien muzicist prim, habrek biex illum ghandna banda taghna. Osservazjoni ohra minn fost hafna baned Maltin ghandna biex inkunu kburin li fuq l-istandard tal-banda ingibu l-istemma tal-Madonna A.M. (Ave Marija) u mhux il-Lira (arpa), simbolu tal-muzika.

Joe Ian Attard, 2001 

IF you Really Care... 
join 'Nature Trust' 
      today! LEARN about Malta's
  Archeaological 
sites; Join 'GAM' today!